Il-paġna prinċipali Links FAQ log in

Kif taħdem?

Ladarba l-iskola tkun lesta biex tibda din il-kampanja, l-iskola għandha tidentifika ġimagħtejn li fihom tkun se sseħħ il-kampanja. M’hemmx ġimagħtejn fissi li fihom bilfors trid issir il-kampanja, iżda aħna nirrakomandaw li dawn il-ġimagħtejn ikunu marbutin mal-ġimgħa Ewropea tal-Mobilità.

Matul dawn il-ġimagħtejn, kull darba li t-tfal jivvjaġġaw għall-iskola b’xi mod sostenibbli (mixi, sewqan tar-rota, trasport pubbliku, jivvjaġġaw b’karozza waħda) ipinġu t-tikek fuq il-kartellun. Fil-bidu tal-kampanja, kull skola trid tagħmel il-miri tagħha. L-għan hu li fl-aħħar tal-kampanja, il-kartellun tal-Logħba tat-Traffiku jkun mimli kollu tikek. Kull jum, irid isir stħarriġ dwar x’inhu jiġri, sabiex b’hekk ikun jista’ jiġi mistħarreġ il-progress ta’ kull skola. Meta jaslu sa ċertu punt fuq il-kartellun, it-tfal jingħataw premju. Il-premjijiet jistgħu jinkludu: ma jkollhomx xogħol għad-dar jew inkella jkollhom ħmistax-il minuta żejda biex jilagħbu. Meta mbagħad it-tfal jilħqu ras is-serp, jingħataw rigal ikbar, talli jkunu laħqu l-miri tagħhom. Ir-rigali jistgħu jkunu: post fejn jerfgħu r-rota jew dawra bil-mixi jew bir-roti, jew inkella kwalunkwe premju li l-iskola tista’ torganizza.

Wara li l-logħba tkun intlagħbet, l-informazzjoni kollha miġbura qabel, waqt u wara l-kampanja tinġabar sabiex tiġi analizzata.
Is-sett tal-kampanja jikkonsisti minn:
• Manwal għall-għalliema;
• Strixxa (banner) (3 metri x 1 metru);
• Tikketti li jitwaħħlu u tikek li jeħlu;
• Ittra għall-ġenituri;
• Kartelluni (posters);
• Tikketti li jitwaħħlu, bħala premju għat-tfal.

Ara l-filmat ta’ kif taħdem il-kampanja fuq: https://www.youtube.com/watch?v=20fOQssCzPo&feature=youtu.be .