Il-paġna prinċipali Links FAQ log in

Għanijiet

Din il-kampanja nħolqot għall-iskejjel primarji, bl-għan li tinkoraġġixxi lit-tfal, lill-ġenituri u lill-għalliema sabiex meta jivvjaġġaw għall-iskola u mill-iskola, jużaw modi sostenibbli bħal roti, il-mixi, it-trasport pubbliku jew inkella jivvjaġġaw b’karozza waħda. F’din il-kampanja ta’ ġimagħtejn, nixtiequ li nkissru l-perċezzjonijiet ħżiena, bħat-tħassib fuq is-sigurtà tat-toroq u nippromwovu modi sostenibbli bħala xi ħaġa li tieħu gost tagħmel u fl-istess ħin huma tajbin għas-saħħa, kemm dik tal-ġenituri kif ukoll dik tat-tfal.
Permezz tal-mixi u tas-sewqan tar-roti, it-tfal isiru aktar konxji ta’ dak kollu li hemm madwarhom, u jibdew jiżviluppaw ħiliet għal aktar siġurtà fit-toroq, kif ukoll itejbu l-abiltajiet tagħhom biex iġegħlu lil nies oħra jkunu konxji ta’ din is-sigurtà u ta’ dak kollu li hemm madwarhom. Apparti minn hekk, il-mixi u s-sewqan tar-roti jikkontribwixxu wkoll għall-ammont ta’ eżerċizzju li t-tfal għandhom bżonn jagħmlu kuljum. Dawn inaqqsu wkoll il-konġenzjoni u l-pressjoni tal-ipparkjar li tinħoloq fl-ambjent tal-iskola.
Din il-logħba hi għall-iskejjel primarji. Kull skola tista’ tipparteċipa, kemm jekk hi kbira, kif ukoll jekk hi żgħira. Kull skola għandha toħloq il-miri tagħha fil-bidu tal-perjodu ta’ din il-kampanja.