F’dan il-proġett, il-komunitajiet u l-ibliet jistgħu jsiru msieħba lokali. L-irwol tagħhom ikun il-promozzjoni tat-tixrid tal-ideat u l-organizzazzjoni prattika dwar il-kampanja fuq livell lokali. Kull min ikun interessat, għandu jikkuntattja lill-Punt Ċentrali Nazzjonali.
Ikkuntattja lill-Punt Ċentrali Nazzjonali jew lill-imsieħeb lokali li hu responabbli … jew imla l-formola ta’ reġistrazzjoni minn fuq l-internet.
Le, fi ħdan il-proġett IEE, aħna nistgħu noffru din il-kampanja b’xejn lil 60 skola.
L-iskejjel li ħa jkunu qegħdin jipparteċipaw għandhom jiġbru l-informazzjoni qabel, waqt u wara l-kampanja. B’kollox, l-informazzjoni għandha tinġabar fuq medda ta’ tnax-il ġurnata. L-informazzjoni għandha tinġabar waqt stħarriġ prattiku li jsir f’kull klassi.
Hemm bżonn li l-progress li jkun qiegħed isir u l-mira li tkun ġiet deċiża qabel, jiġu osservati. Wieħed jista’ josserva dan fid-dettall l-ewwel ħaġa filgħodu, waqt li tkun qiegħda ssir l-attendenza. Jistgħu anke jiġu involuti l-istudenti stess, billi jkun hemm grupp żgħir ta’ studenti, jew student/a individwali, li jmorru jduru f’kull klassi biex jagħmlu dan l-istħarriġ.
Kull skola għandha tagħmel il-mira tagħha. Dan hu importanti sabiex wieħed ikun jista’ jikkomunika mal-istudenti u jesplora x’inhu l-livell ta’ tibdil fuq livell ta’ skola. Apparti minn hekk, hu importanti li jkun hemm mira realistika, sabiex b’hekk l-istudenti u l-għalliema jħossu li hemm bidla għall-aħjar.
Jgħodd l-iktar vjaġġ twil (fil-ħin).
Le, mhux bilfors. Jista’ jkun hemm parti waħda biss mill-iskola li qiegħda tieħu sehem. Jekk jogħġbok, fil-formola tal-kejl tal-iskola tiegħek, niżżel in-numru ta’ klassijiet li qegħdin jipparteċipaw (u mhux in-numru ta’ klassijiet li hemm fl-iskola).
Ikkalkula billi timmultiplika b’għaxra n-numru ta’ klassijiet li qegħdin jipparteċipaw (il-ġranet li fihom ħa tkun qiegħda tintlagħab il-Logħba tat-Traffiku).
Jekk tixtieq li terġa’ tilgħabha għal darboħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Paragon Europe… (imbagħad tkun tista’ żżomm l-istrixxa). Jekk int ma tixtieqx li terġa’ tieħu sehem f’din il-logħba, jekk jogħġbok, irritorna l-istrixxa lura lil Paragon Europe.