Il-paġna prinċipali Links FAQ log in

IL-Paġna Prinċipali

Il-Logħba tat-Traffiku hi kampanja li bdiet biex tinkoraġġixxi lin-nies, speċjalment lit-tfal u lill-ġenituri tagħhom, jibdew jimxu jew isuqu r-rota biex imorru l-iskola. Din il-kampanja tinvolvi logħba li hi faċli ħafna biex tiġi implimentata. Aspett importanti li kull skola li qiegħda tipparteċipa għandha tagħmel hu, li barra mill-parteċipazzjoni tagħha permezz ta’ din il-logħba, kull skola hi mħeġġa li torganizza aktar attivitajiet u tagħti aktar edukazzjoni fuq it-traffiku u l-mobilità, u aspetti marbutin mal-ambjent u mas-saħħa.

Dan il-proġett li beda pjuttost fuq skala żgħira ġewwa Flanders (Belġjum), illum evolva fuq skala aktar wiegħsa ġewwa l-Ewropa, fejn aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar skejjel minn pajjiżi differenti qegħdin jilagħbu din il-logħba. L-evidenzi juri, li b’mod suċċessiv, permezz ta’ din il-logħba qegħdin jiżdiedu aktar modi sostenibbli ta’ trasport u qegħdin jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2. Agħti ħarsa lejn dan il-filmat qasir, sabiex tkun taf aktar kif taħdem din il-kampanja.

Sabiex din l-użanza tinxtered mal-Ewropa kollha, ġie stabbilit in-Netwerk tal-Logħba tat-Traffiku, li sal-lum jikkonsisti minn tmintax-il pajjiż Ewropej, u f’kull wieħed hemm punt ċentrali nazzjonali (NFP). L-għan ta’ kull punt ċentrali hu, li jimplimenta l-kampanja, jestendi l-impatti tagħha u jaqsam ir-riżultati u l-esperjenzi tiegħu mal-parteċipanti.